Sport Sport Ieħor

Blackball: Dejan Grech jirbaħ il-Kampjonat Nazzjonali Champion ta’ Malta

Intlagħbet il-finali tal-Kampjonat Nazzjonali Champion ta’ Malta tal-Blackball 2023 fejn Dejan Grech għeleb lil Leon Azzopardi bl-iskor ta’ 10-7.

Sabiex waslu għal din il-finali Leon Azzopardi għeleb lir-rebbieħ tas-sena li għaddiet Clayton Castaldi u lil Ryan Pisani, filwaqt li Dejan Grech għeleb lil Gary Carr u fis-semi finali lil Johan Attard.

Il-finali kienet waħda bilanċjata, fejn kien Leon Azzopardi li mar fil-vantaġġ għal diversi drabi iżda wara l-aħħar waqfa kien Dejan Grech li mar fil-vantaġġ, saħansitra b’żewġ frames, fejn għamel l-aħħar boċċa sewda.

Cospicua Rangers rebħu n-National Knock-Out tal-Blackball meta fil-finali għelbu lil Tim B Ħamrun 147 13-10. Cospicua Rangers bnew vantaġġ ta’ 6-3 izda Ħamrun wettqu rimonta biex għamlu l-iskor 9-6 favurihom u wara 10-8 iżda Cospicua rebħu ż-żewġ frames ta’ wara għal 10-10 biex il-finali marret għal min kellu jispiċċa fuq l-aqwa minn 25 frame fejn Cospicua rebħu 13-10