Il-Partit Nazzjonalista ilu għal dawn l-aħħar tliet snin isostni li s-settur tal-kanċer għandu bżonn jissaħħaħ u jiġġedded wara l-investiment li sar mill-Gvern Nazzjonalista billi nfetaħ iċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ kull żvilupp li se jsir wara tant dewmien, li l-kimoterapija tista’ tingħata fid-djar, servizz li l-Partit Nazzjonalista kien wiegħed li se jagħmel sentejn ilu.
Hemm diversi bżonnijiet oħrajn, bil-Partit Nazzjonalista kien anke nieda 13-il proposta ta’ titijib fis-settur tal-kanċer.
Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jesiġi fuq il-ħtieġa li qatt ma jkun hawn is-servizz tal-kimoterapija ma jingħatax minħabba mediċina ‘out of stock’ bħalma sfortunatment ġara fl-aħħar xhur.
//= $special ?>