Kawża ta’ stajk nazzjonli li qed isir fl-Italja, l-Air Malta ħabbret li numru ta’ titjiriet minn u lejn Milan u anke Napli se jittardjaw.
It-titjiriet huma:
KM624 minn Malta għal Milan Linate li se jtilaq illum, 20 ta’ Ottubru fl-16:00
KM625 minn Milan Linate lejn Malta li se jitlaq illum, 20 ta’ Ottubru fis-18:40
KM674 minn Malta għal Napli li se jitlaq għada, 21 ta’ Ottubru fis-07:30
KM675 minn Napli għal Malta li se jitlaq għada, 21 ta’ Ottubru fid-09:30
Dawk il-klijenti li kienu bbukjati fuq dawn it-titjiriet ġew ikkonfermati awtomatikament fuq l-itinerarju rivedut. Il-klijenti għandhom ukoll l-għażla li jibbukkjaw mill-ġdid titjira alternattiva billi jikkuntattjaw lis-Servizz tal-Klijenti tal-Air Malta u jistgħu wkoll jirċievu rifużjoni tal-biljett sħiħ.
//= $special ?>