B’żewġ kanzunetti li għamlu ħoss, u laħqu l-quċċata tal-klassifiċi Maltin, Over u Dust, Drakard diġa wera l-kapaċitajiet tiegħu kemm bħala kantant kif ukoll bħala kompożitur. Però issa lest li saħansitra jimbotta l-limiti tiegħu daqsxejn aktar, u joħroġ ‘il barra miż-żona li fiha huwa komdu.
Alive miktuba minn Drakard innifsu flimkien ma’ Matthew James Borg, Craig Saliba u Micimago lesta biex tkun ta’ gwida għal dawk kollha li qegħdin iffittxu triqithom fil-ħajja.
Alive hija kanzunetta li tolqot lil kull min qatt ħass il-ħtieġa li jibda vjaġġ ta’ skoperta personali. Il-lirika miktuba b’daqstant passjoni minn Drakard tpinġi stampa ħajja ta’ persuna ddetterminata li ssib triqitha, anke jekk forsi mhux mill-ewwel. Fil-bidu, huwa jkanta “I’m driving until I find my way,” turija ta’ tfittxija bla waqien, tfittxija għall-skop u passjoni.
Dilettanti tal-mużika għandhom jistennew li Alive tkun kanzunetta b’saħħitha, li tqanqal diversi emozzjonijiet sbieħ. Ir-raba’ kanzunetta fir-repertorju ta’ Drakard li aktar kemm jgħaddi żmien, aktar jikber u jiddevsifika ruħu.
//= $special ?>