Lokali

Dwar l-e-scooters: Il-Gvern iċedi għall-pressjoni tal-pubbliku u tal-Partit Nazzjonalista

"Il-Gvern falla milli joffri l-ħarsien u milli joffri s-sigurtà" - PN

Wara tant snin ta’ azzjoni mill-Partit Nazzjonalista biex tinstab soluzzjoni dwar l-e-scooters tal-kiri, fejn anki ġew preżentati għadd ta’ proposti, sa fl-aħħar il-Gvern ċeda għall-pressjoni tal-pubbliku u tal-Partit Nazzjonalista.

L-azzjoni fil-konfront tal-perikli u l-inkonvenjenzi maħluqa mill-kiri tal-e-scooters huwa pass ‘il quddiem.

Il-projbizzjoni tal-e-scooters tal-kiri fiha nfisha tista’ tkun soluzzjoni, madanakollu din il-miżura turi wkoll li l-Gvern falla milli jinforza r-regolamenti dwar l-użu tal-istess e-scooters u din hija ammissjoni li għal darb’oħra l-Gvern ma kienx kapaċi jsib bilanċ adegwat bejn l-interessi u l-bżonnijiet ta’ nies differenti.

Dan juri biċ-ċar li taħt dan il-Gvern l-infurzar tal-liġijiet kompla mar il-baħar u ċ-ċittadin iħossu li mhuwiex protett biżżejjed.