Il-Yachting Malta Coastal Race seħħet f’kundizzjonijiet mill-aqwa u opportunità ideali biex il-flotta tkun ippreparata għar-Rolex Middle Sea Race ta’ għada.
Wara l-korrezzjoni tal-ħin tal-IRC ir-rebbieħ ġenerali b’ distakk ta 53 sekonda kien il-jott Lisa R ta’ Giovanni Di Vincenzo mill-Italja li kkompeta fl-IRC 3.
It-tieni fil klassifika ġenerali u rebbieħ tal-IRC 2 kien il-jott Chocolate 3 ta’ Francois Bopp. Ir-rebbieħa tal-klassi jinkludu Lion’s Story ta’ Valentin Oeru mir-Rumanija (IRC 4), il-Malti Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin (IRC 5), u Vivace ta’ Andrew Agius Delicata wkoll minn Malta (IRC 6).
Il-jott Warrior Won ta’ Chris Sheehan ħa line honours, u temm il-korsa ta’ 29 mil fi 3 sigħat 24 minuta u 41 sekonda.
//= $special ?>