Internazzjonali

Il-Lvant Nofsani: Ostaġġi tal-Hamas meħlusa ‘għal raġunijiet umanitarji’

Omm Amerikana u bintha li jiem ilu nħatfu ostaġġ mit-terroristi tal-Hamas għadhom kemm ingħataw il-libertà għal ‘raġunijiet umanitarji’. Is-sorsi qalu li l-omm għandha 60 sena u li bintha għadha kemm għalqet it-tmintax-il sena.

L-indikazzjonijiet huma li l-ħelsien tal-Amerikani seħħ grazzi għall-medjazzjoni tal-Qatar. Fl-istess ħin, kelliema għall-Hamas qal li l-ħelsien taż-żewġ ostaġġi ‘għandu juri lid-dinja li l-akkużi tal-Istati Uniti fil-konfront tal-grupp tagħhom huma foloz u bla bażi’.

Il-militar Iżraeljan issa qal li ‘il fuq minn 20 tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena huma fost xi 200 ostaġġi li qed jinżammu mill-Hamas f’Gaza wara l-attakk terroristiku tas-7 ta’ Ottubru fuq l-artijiet ta’ Iżrael.

Dan fost konferma li l-ostaġġi jinkludu anzjani ta’ ‘il fuq minn 60 sena u meta l-maġġoranza tal-persuna maħtufa mill-Hamas jidhru li għadhom ħajjin.