Il-Ħamis il-UEFA qalet li r-riżultat tal-logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew bejn il-Belġju u l-Iżvezja, li twaqqfet din il-ġimgħa wara li żewġ partitarji Żvediżi nqatlu qabel il-kickoff, se jibqa’.
Il-logħba twaqqfet fl-interval bl-iskor ikun dak ta’ 1-1. Kemm il-federazzjoni Belġjana kif ukoll dik Żvediża kienu talbu biex iżommuha bħala r-riżultat finali.
“Il-Federazzjoni Belġjana u Żvediża tal-Futbol huma sodisfatti bid-deċiżjoni,” qalet il-federazzjoni Belġjana fi stqarrija.
Il-UEFA qalet li “ir-riżultat ta’ din il-partita ma jaffettwax il-kwalifika ta’ Grupp F.” Il-Belġju kien diġà kkwalifikat għat-tournament li se jsir fil-Ġermanja s-sena d-dieħla qabel ma lagħab kontra l-Isvezja.
Il-Belġju jinsabu l-ewwel fil-grupp qabel l-Awstrija, li wkoll ikkonfermat mill-kwalifikazzjoni.
“Il-futbol għandu jkun ċelebrazzjoni iżda nhar it-Tnejn filgħaxija att kodard iddeċieda mod ieħor. F’mument bħal dan, meta l-familja tal-futbol tintlaqat f’qalbha, ir-riżultati sportivi huma sekondarji.” qal Manu Leroy, il-Kap Eżekuttiv interim tal-FA Belġjana.
L-investigaturi għadhom qed jippruvaw jiddeterminaw il-mottiv tal-attakk tat-Tnejn filgħaxija, li seħħ mhux ‘il bogħod mill-grawnd King Baudouin fejn intlagħbet il-logħba.
L-awtoritajiet fil-kapitali Belġjana sparaw u qatlu lis-suspettat nhar it-Tlieta, sigħat wara li qalu li spara fuq tliet partitarji Żvediżi, u qatel tnejn minnhom. Huwa poġġa filmat fuq l-internet li fih sostna l-kreditu għall-attakk u qal li l-Koran kien “linja ħamra li għaliha lest jissagrifikaw lilu nnifsu.”
“Aħna kuntenti li nisimgħu li l-UEFA waslet għal deċiżjoni u li d-deċiżjoni hija konformi ma’ dak li xtaqu ż-żewġ federazzjonijiet,” qal Håkan Sjöstrand, il-Kap Eżekuttiv tal-FA Żvediża. “Madankollu, kwistjonijiet sportivi huma sekondarji, ħsibijietna huma mal-vittmi u l-familji tagħhom.”
//= $special ?>