Bejn is-26 u 29 ta’ Ottubru jaslu f’pajjizna l-kowċ tat-tim Nazzjonali tal-Montenegro, Miodrag Radulovic u l-assistant tiegħu, l-eks player u stilla ta’ Juventus u AS Roma Mirko Vucinic.
Huma ser ikunu mistiedna speċjali tal-club ta’ Balzan FC Youth Academy li se jorganizzaw kamp ta’ taħriġ fil-ġranet imsemmija b’konkorrenza sabiħa hafna kemm mit-tfal ta’ l-istess klabb kif ukoll tfal minn klabbs ohra.
Dan kollu kien possibli bl-għajnuna tal-kowċ ta’ Balzan FC Oliver Spiteri, bil-kuntatti amikevoli li għandu mal-federazzjoni tal-Montenegro.
Attività li tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet lill hinn barra minn xtutna u tagħti opportunatijiet ġodda lit-tfal tal-klabb ta Balzan FC u oħrajn.
Min hu interessat li jattendi għal dan il-kamp ta’ taħriġ jista jkellem lil Balzan FC Youth Academy fuq il midja soċjali. Il-Postijiet huma limitati.
//= $special ?>