MeDirect Malta qed jerġa’ jappoġġja lil ŻfinMalta, il-Kumpanija Nazzjonali taż-Żfin, għal staġun impenjattiv u eċċitanti 2023-24. Dan il-ftehim hu parti mill-impenn kontinwu tal-bank biex irawwem it-talent artistiku u sportiv Malti.
L-appoġġ finanzjarju ta’ MeDirect se jgħin lil ŻfinMalta f’numru ta’ produzzjonijiet, attivitajiet edukattivi u avvenimenti fil-komunità, kif ukoll il-parteċipazzjoni f’avvenimenti internazzjonali.
Il-qofol tal-istaġun 2023-24 se jkun ‘Ħolm tal-Milied?’, l-ewwel produzzjoni ta’ ŻfinMalta tal-Milied li fiha mużika oriġinali esegwita live minn The New Victorians. Din il-produzzjoni, b’koreografija ta’ Adriano Bolognino, hija adattament ġdid għat-teatru taż-żfin tal-ktieb ‘Ħolm tal-Milied?’ ta’ Trevor Zahra u ġiet iddisinjata biex titgawda mill-familja kollha.
//= $special ?>