Sport Sport Ieħor

New Zealand fil-finali b’wirja dominanti fuq l-Arġentina

Arġentina ……………… 6

New Zealand ……….. 44

New Zealand se jkunu qed jilagħbu l-finali tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby wara wirja dominanti fuq l-Arġentina bi skor ta’ 6-44. Din se tkun il-ħames okkażżjoni li l-All Blacks se jkunu qed jilagħbu fil-finali. Fil-partita spikkaw Will Jordan li skorja hat-trick ta’ tried kif ukoll Flanker Shannon Frizell, Jordie Barrett u Aaron Smith li kollha niżżlu isimihom fuq il-lista tal-iskorers.

Semi Finali
Illum
Arġentina v New Zealand 6-44
Għada Ingilterra v Afrika t’Isfel 9.00pm