Il-Partit Laburista għamel 10 snin rieqed u ħoloq żewġ klassijiet ta’ pensjonanti. Hawn pensjonanti li jħallsu t-taxxa fuq il-pensjoni. Il-Partit Laburista qed jigdeb. Dan il-gideb jikkonferma kemm il-Partit Laburista hu qarrieqi u ‘l bogħod mir-ruħ soċjali.
Il-fatti huma li huma. Il-Partit Nazzjonalista jrid jieħu ħsieb it-tħassib tal-anzjani u jindirizzahom, iżda l-Gvern ta’ Robert Abela qed jibqa’ jirreżisti u ma għamel xejn. Dan kollu ħoloq differenza bejn pensjonant u ieħor.
//= $special ?>