Isabelle Bonnici, omm Jean Paul Sofia qalet lis-sit Lovin Malta li l-Prim Ministru Robert Abela kien offrielha għażliet differenti sabiex tieqaf titlob li ssir inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ binha. Dan kollu jikkonferma li Robert Abela prova jixtri s-silenzju ta’ omm Jean Paul Sofia.
Bonnici naqset milli tiċħad jew tikkonferma dak li qal Mark Camilleri, li waħda mill-għażliet li offrielha Robert Abela kienet kumpens finanzjarju.
Ftit jiem qabel li l-Gvern kien ċeda għall-pressjoni li saritlu u ħatar inkjesta pubblika dwar il-mewt taż-żagħżugħ, Abela sejjaħ lil omm Jean Paul sabiex tiltaqa’ miegħu fil-bini tal-Parlament. Kien hawn fejn Robert Abela spjega l-għażliet kollha li kien lesti li joffrilha, iżda hi ma aċċettatx l-ebda waħda minnhom għax kienet determinata li tibqa’ ssemma leħinha sabiex issir inkjesta pubblika u tinkixef il-verità kollha dwar x’wassal għall-mewt ta’ binha.
//= $special ?>