Friends of the Earth jinsabu diżappuntati ferm wara l-aħħar deċiżjoni tal-Gvern sabiex jipprojbixi l-użu tal-E-scooters f’Malta.
Fi stqarrija, huma fakkru kif matul l-aħħar sena u nofs, rajna kumpaniji ewlenin involuti fit-trasport jispiċċaw jitilqu min pajjiżna. Dawn il-kumpaniji ċedew l-operat tagħhom għal diversi raġunijiet, li kienu jinkludu nuqqas ta’ infrastruttura xierqa, problemi fejn tidħol sigurta fit-toroq, u nuqqas ta’ appoġġ mill-gvern u inċentivi għal alternattivi ta’ mobilità sostenibbli.
Dwar l-e-scooters l-istqarrija tirrimarka kif fl-aħħar snin rajna inċidenti u frustrazzjoni qawwija mil-poplu u l-kunsilli lokali. Madankollu, dawn huma kwistjonijiet li setgħu ġew indirizzati faċilment – iżda l-gvern ma ħasibx fit-tul.
Friends of the Earth saħqet illi li kieku l-Gvern ra l-opportunità li jipprovdi infrastruttura sigura u xierqa għall-mobbiltà, li tinkludi roti u scooters, seta’ kien hemm sinerġija bejn il-promozzjoni ta’ dawn il-modi ta’ trasport.
Huma insistew illi l-problema mhumiex dawn il-kumpaniji jew l-operat tagħhom iżda in-nuqqas ta’ ħsieb u il-mudell tal-Infrastruttura li dan il-gvern falla milli jimplimenta.
//= $special ?>