Internazzjonali

GAZA: Jaslu l-ewwel trakkijiet b’għajnuna umanitarja

Ritratt: BBC News

L-ewwel trakkijiet tal-għajnuna umanitarja, mill-bidu tal-gwerra bejn il-Palestina u l-Israel, qasmu lejn Gaza matul il-ġurnata tas-Sibt.

Fost l-għajnuna umanitarja li waslet mill-Eġittu hemm kemm ikel u anke ilma, għajnuna li qed tingħata minn Nazzjonijiet Uniti.

Mal-wasla f’maħżen għal tal-apposta, l-ħaddiema tan-Nazzjonijiet Uniti se jkunu qed iqassmu l-għajnuna umanitarja kif meħtieġ – bil-probabbiltà tkun li l-għajnuna tintbagħat fl-iskejjel u sptarijiet fiz-zona.

Dan jiġi wara li l-Hamas ħelsu żewġ ostaġġi Amerikani – Judith Raanan, u t-tifla tagħha Natalie – li kienu ħadu taħt idejhom wara l-attakk qattiel tas-7 ta’ Ottubru.

Il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu insista li l-forzi tiegħu se jibqgħu jaħdmu sal-aħħar għar-rebħa. Dan filwaqt li ċifri mill-Israel indikaw li qed jinżammu madwar 210 ostaġġ fil-Belt ta’ Gaza.

Kawża ta’ dan kollu, il-komunità Iżraeljana ta’ Shemona, li tinsab viċin tal-fruntiera bejn l-Iżrael u l-Lebanon qed tesperjenza dewmien fl-evakwazzjoni sabiex l-20,000 resident jittieħdu lejn ibliet li huma aktar siguri.

Intant, numru ta’ mexxeja mill-Lvant Nofsani u l-Ewropa nġabru f’Cairo, fl-Eġittu fejn qed tiġi diskussa kif is-sitwazzjoni ta’ din il-gwerra tista’ taqleb għall-aħjar.

Dan fl-isfond li l-President tal-Palestina, Mahmoud Abbas qal li l-Palestinjani mhux se jkunu qed jitilqu mill-art tagħhom.

Intant, l-aħħar ċifri jindikaw li l-Hamas qatlu 1,400 Iżraeljan fl-aħħar ġimagħtejn minn mindu faqqgħet din il-gwerra. Dan filwaqt li l-Palestinjani qed jgħidu li huma iżjed minn 4,000 il-vittmi li mietu f’Gaza, b’kważi 1,800 minnhom ikunu tfal, filwaqt li minn tal-inqas 300 ikunu suldati.