Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista, ġie spjegat kif il-viżjoni ekonomika tal-Partit Nazzjonalista hija l-unika pjan li bih l-ekonomija tista’ tissaħħaħ waqt li tonqos il-popolazzjoni.
Dan ġie kkonfermat dalgħodu mill-konferenza tal-aħbarijiet li għamel il-Partit Laburista fejn għal darb’oħra kkonferma li ħa jibqa’ għaddej bil-mudell ekonomiku tal-aħħar 10 snin li hu bbażat fuq l-importazzjoni tac-cheap labour, dan hekk kif reġa’ ftaħar bir-riżultati ta’ dan il-mudell.
Dwar dan, permezz ta’ post fuq Facebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qal li għall-kuntrarju tal-Partit Laburista, il-viżjoni ekonomika ta’ eċċelenza tal-Partit Nazzjonalista hija pjan ta’ azzjoni b’viżjoni għal Malta li ma tiddependix fuq iż-żieda tal-popolazzjoni.
//= $special ?>