“Impossibbli tgħaddi”.
Dan kien is-sentiment ta’ diversi persuni li tkellmu mal-programm Opinjoni li qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar id-diffikultajiet li jaffaċjaw ta’ kuljum meta jmorru jixtru l-bżonnijiet bażiċi tagħhom… dan minħabba l-piż tal-għoli tal-ħajja, li qed jiżdied kuljum.
Numru ta’ persuni stqarrew li l-għoli tal-ħajja affetwathom ħafna, fejn saħanistra qalu li jgħaddu kif jistgħu… speċjalment il-pensjonanti.
Mistoqsija kif affetwaha l-piż tal-għoli tal-ħajja, persuna qalet li nnotat li r-ristoranti u s-supermarkets li tixtri minnhom ta’ kuljum, għolew sew fil-prezzijiet tal-prodotti.
Dan filwaqt li anzjana, li tkellmet ma’ Opinjoni, stqarret li avolja hi anzjana, u tgħix waħedha, issibha kważi impossibbli li tlaħħaq mar-rata li qed tgħola l-ħajja
Mistoqsija ukoll jekk tħossix sinjura żgħira, hi tenniet li żgur mhux forsi ħadd ma jista’ jsejħilha hekk. Dan għaliex minkejja li hi anzjana b’diffikultajiet fiżiċi… jkollha tmur taħdem biex taqla’ l-għejxien tagħha.
Dan l-element fost il-poplu Malti qed jiġi biss ftit jiem qabel il-Budget għas-sena 2024. Element li qed jiġi injorat totalment mill-Gvern tal-Labour, fejn minkejja d-diversi appelli li saru minn unions u korpi kostitwiti dwar il-kriżi tal-għoli tal-ħajja, membri mill-Gvern baqgħu jinsistu li mhux kwistjoni li n-nies mhux ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar minħabba ż-żieda eċċessiva fil-prezzijiet. Dan filwaqt li baqgħu jiċħdu l-fatt li l-pajjiż għandu bżonn mudell ekonomiku ġdid.
Għall-kuntrarju ta’ dan, il-Partit Nazzjonalista ilu x-xhur jiddiskuti t-tema tal-għoli tal-ħajja, filwaqt li ħejja numru ta’ proposti sabiex tiġi ndirizzata din il-kriżi li qed tħalli l-poplu Malti f’diffikultà assoluta. Dan filwaqt li fl-aħħar jiem ġie ppreżentat pjan ekonomiku ġdid mill-Partit Nazzjonalista li hu meħtieġ għal pajjiżna.
//= $special ?>