Il-partita l-aktar li tispikka fis-Serie A għal din il-ġimgħa hija l-partita bejn it-tim li jinsab fl-ewwel post, Milan kontra t-tim fit-tielet post, Juventus.
Iż-żewġ timijiet kienu fil-media internazzjonali għal raġunijiet negattivi hekk kif diversi plejers Taljani inqabud fi skandlu ta’ logħob tal-azzard, fosthom l-eks ta’ Milan Sandro Tonali, kif ukoll il-plejers ta’ Juventus Nicolo Fagioli kif ukoll Dusna Vlahovic. Minkejja dan iż-żewġ timijiet huma determinati li jħallu dan l-iskandlu barra mill-pitch u juru l-kapaċitajiet tagħhom f’ SanSiro.
F’partita oħra iċ-champions Napoli jaffrontaw lil Verona filwaqt li Inter se jilagħbu barra minn darhom għand Torino.
Illum: Verona v Napoli 3.00pm, Torino v Inter 6.00pm, Sassuolo v Lazio 8.45pm Għada: Roma v Monza 12.30pm, Bologna v Frosinone 3.00pm, Salernitana v Cagliari 3.00pm, Atalanta v Genoa 3.00pm, Milan v Juventus 8.45pm It-Tnejn: Udinese v Lecce 6.30pm, Fiorentina v Empoli 8.45pm
//= $special ?>