Ir-residenti ta’ San Ġwann kif se jkollhom moħħhom mistrieħ li huma mhumiex fil-periklu?
Kienet din il-mistoqsija li ressaq id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg fir-rigward ta’ Project Green li qed jiġi propost f’San Ġwann, propju quddiem u madwar il-Knisja.
Buttigieg kompla jgħid li dan il-proġett huwa kontinwazzjoni ta’ proġett ieħor li kien sar fl-2019 u waqt li hemm qbil fil-prinċipju ta’ dan il-proġett, ta minn jingħota numru ta’ osservjazzjonijiet, fosthom li s’issa m’ hemmx pjanti dettaljati aċċessibbli għall-pubbliku.
Qed ikun propost li ssir minna quddiem il-knisja li minnha ser jgħaddu anke l-karozzi tal-linja…. għallhekk tqum il-mistoqsija dwar kemm se jogħla l-open-space u jekk dan hux se jwassal biex iz-zuntier tal-knisja jkun aktar baxx?
Mistoqsija oħra li qed jistaqsi Albert Buttigieg fir-rigward taz-zuntier hija jekk dan hux se jiċkien, hekk kif skond il-fotomontaġġ jidher li l-hearse tal-mejtin tista toqgħod fil-ġenb taz-zuntier. Tqum il-kwistjoni wkoll ta’ kemm se tkun aċċesibli il-knisja jekk kaġun ta’ dan il-hearse tidjiq it-triq u tonqos l-aċċesibiltà għall-persuni b’diżabilità u l-anzjani.
Buttigieg fakkar ukoll li l-proposta li jkun hemm parkeġġ taħt l-art hija idea tajba, madanakollu huwa importanti li jsir studju kif ukoll technical geological report fuq il-pedament tal-knisja, hekk kif din il-knisja mbniet fis-snin ħamsin. L-istess ħsieb japplika wkoll għal binja tal-Housing Estate f’Misraħ Lewża, li ftit taż-żmien ilu skond parir li ħa Buttigieg stess il-pedamenti ta’ din il-binja ma kienux jifilħu iżjed.
Albert Buttigieg ikkonkluda billi qal li mill-ġdid il-Gvern ta’ Robert Abela għażel li ma ssirx konsultazzjoni hekk kif il-proposta qatt ma kienet uffiċjalmenti ‘item’ fuq l-aġenda.
//= $special ?>