Lokali

Moviment Graffitti bi protesta kontra l-ġenoċidju f’Gaza

Dalgħodu, Moviment Graffitti flimkien mal-Ambaxxata tal-Palestina f’Malta, organizzaw protesta barra l-Parlament, kontra l-ġenoċidju li qed isir f’Gaza. 

Andre Callus, attivist u kelliem għall-Moviment Graffitti tkellem dwar dan, fejn qis li din l-inġustizzja, għandha għeruq fondi u li jekk ma tiġix indirizzata, is-sitwazzjoni se tmur dejjem għall-agħar.

Hu kompla jgħid kif id-dinja mhux se tkun qed tinsa lill-poplu Palestinjan, iżda se tibqa’ turi solidarjetà u tiġġieled għal dak li huwa sew.

Dan filwaqt li attakka lill-mexxeja internazzjonali, li appoġġjaw lill-Israel fl-attakki li saru, hekk kif sostna illi din il-protesta, minkejja li saret f’pajjiż żgħir fil-Mediterran… saret flimkien ma’ pajjiżi u gruppi internazzjonali oħra li wkoll ħarġu jipprotestaw sabiex juru solidarjetà mal-poplu Palestinjan.

Tags