Raġel, ta’ 51 sena, sofra ħruq ikkawżati minn fuel li ħareġ minn generator dalgħodu f’Selmun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:15 ta’ filgħodu fi Triq Selmun il-Mellieħa, meta għal xi raġuni ħareġ xi fuel minn generator u kaġun ta’ hekk indarab raġel ta’ 51 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex.
Il-Vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku tal-ambulanzi u ftit tal-ħin wara ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.
//= $special ?>