Lokali

Raġel weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 37 sena weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku l-Imġarr.

Il-każ seħħ għal ħabta ta’ 03:15 ta’ filgħodu fi Triq Binġemma, meta għal xi raġuni r-raġel residenti l-Imġarr stess, li kien qiegħed isuq Izuzu D-Maz, tilef il-kontroll u nqaleb.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li assistew fuq il-post.

Aktar tard hu ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.