Neil Camenzuli
ĦAMRUN S………………1
SLIEMA W…………………1
Ħamrun S.: H.Bonello, S.Borg, L.Montebello (B.Domingos 70’), Mbong, R.Prsa, D. Elionay, U.Duranovic, O.Bjelicic, J.Corbalan (R.Camenzuli 70’), S.Painstil (R.Jonny 77’) , E.Marcelina
Sliema W.: R.Al Tumi, J.Borg, J.Minala, V.Plut (L.Micallef 90′), M.Beerman, G.Alcino, E.Agius (G.Acheampong 60’), D.Kouao, H.Freire, S.Gomes (M.Scerri 80’), K.Abubakar (A.Awad 60’).
Imwissija: H.Freire 38’ .Acheampong 70’, R.Al Tumi 90′ (S), D. Elionay 56’ (Ħ)
Skorjaw: L.Montebello 28’ (Ħ), G.Acheampong 67’ (S)
Referee: Alex Johnson
Assistenti Referees: James Muscat u Kurt Saliba
BOV Plejer tal-Logħba: G.Acheampong (S)
Il-Mument Plejer tal-logħba: Rashed Al Tumi (S)
Sliema Wanderers kisbu punt prezzjuż kontra Ħamrun Spartans b’wirja qalbiena bl-iskor finali jkun dak ta’ 1-1. B’dan ir-riżultat Ħamrun ma rnexxielhomx iżommu r-rekord perfett fil-kampjonat u b’hekk jinsabu b’13-il punt fl-ewwel 5 logħbiet.
L-ewwel 25 minuta kwieti immens, biż-żewġ timijiet idawwru l-ballun bejn id-difiża u l-midfield u jipprovaw jiskopru l-mument perfett li joħolqu okkażjoni.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet wara kważi nofsija logħob u rriżultat fl-ewwel gowl tal-partita skorjat mill-attakkant ta’ Ħamrun Luke Montebello li kkonkluda l-azzjoni personali tiegħu mix-xellug b’xutt angolat fir-rokna ta’ fuq tal-lemin.
Fl-aħħar mumenti tal-ewwel taqsima ċans tajjeb għal Sliema biex jagħmlu l-iskor indaqs minn xutt angolat ta’ Gomes jgħaddi ftit barra u jżomm l-iskor 1-0 għal Hamrun.
Fil-50 minuta tentattiv ċentrali ta’ Elionay mit-tarf tal-kaxxa jispiċċa f’idejn Al Tumi.
Sliema ħasdu lill-avversarji tagħhom meta għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ konklużjoni baxxa tas-sostitut Geoffrey Acheampong li għeleb lil Bonello bil-kalma kollha wara li rċieva l-ballun mingħand Awad.
Ħamrun kważi reġgħu marru fil-vantaġġ b’xutt mill-isbaħ minn barra ‘l kaxxa ta’ Mbong jaħbat mal-minduda.
Ċans tad-deheb ieħor għal Hamrun fit-72 minuta tasal mid-daqqa ta’ ras ta’ Elionay tirriżulta f’save tajjeb ta’ Al Tumi.
Al Tumi għal darb’oħra l-eroj tas-Slimiżi b’intervent kruċjali ieħor din id-darba mill-freekick pinġut ta’ Prsa fir-rokna ta’ fuq tax-xellug.
L-aħħar għaxar minuti ta’ pressjoni kbira, biż-żewġ timijiet jipprovaw jattakkaw bil-kontrattakk, madankollu l-iskor baqa’ 1-1 bis-sostitut Acheampong ikun l-eroj tas-Slimiżi.
(Ritratt: Joseph Galea)
(Ritratt: Joseph Galea)
//= $special ?>