Futbol Sport

Tispikka d-derby ta’ Merseyside kif ukoll Chelsea kontra Arsenal

Fir-ritorn tal-Premier League wara l-waqfa internazzjonali tispikka waħda miż-żewġ partiti ewlenin ta’ din il-ġimgħa hekk kif Liverpool jospitaw lil Everton f’Anfield, fid-derby ta’ Merseyside.

Filwaqt li Liverpool kellhom bidu milla-qwa għall-kampjonat u jinsabu fir-raba’ post, Everton rebħa l-aħħar tliet partiti tagħhom u jinsabu f’forma tajba biex jaffrontaw lit-tim immexxi minn Jurgen Klopp.

Min-naħa l-oħra f’Londra Chelsea se jospitaw lil Arsenal, b’dawn tal-aħħar jinsabu fit-tieni post, b’moral għoli wara r-rebħa drammatika li kellhom fuq Man City qabel il-waqfa. Min-naħa l-oħra Chelsea jidher li qed isibu ftit saqajhom fil-kampjonat wara serje ta’ riżutlati negattivi fil-bidu tal-istaġun.

Illum: Liverpool v Everton 12:30pm, B’Mouth v Wolves 4.00pm, Brentford v Burnley 4.00pm, Man City v Brighton 4.00pm, Newcastle v C’Palace 4.00pm, Nott’Forest v Luton 4.00pm, Chelsea v Arsenal 6.30pm, Sheff Utd v Man Utd 9.00pm Għada: Aston Villa v West Ham 5.30pm It-Tnejn: Tottenham v Fulham 9.00pm