Lokali

AIR MALTA: Appell biex ma jsirux l-istess żballji

Hija cara t-twissija dwar l-Air Malta – il-kumpanija l-ġdida, ma tistax timxi fuq l-istess mudell.

Dan qaluTony Zahra, il-President tal-l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti waqt il-programm Net Live …wara li grazzi għall-falliment tal-Gvern ta’ Robert Abela, l-AirMalta se tagħlaq il-bibien tagħha. U  mis-sena d-dieħla, se tibda topera linja nazzjonali tal-ajru ġdida bl-isem KM Malta Airlines.

Minn naħa tiegħu l-president tal-MHRA, insista li jekk din il-linja nazzjonali se tibqa’ titħaddem bl-istess mudell li ħolqot inċertezza kbira, mhux se jkollha futur twil.

Il-kumpanija Air Malta ilha snin sejra lura, fejn fl-2021 il-Ministru Clyde Caruana kien qal li l-kumpanija qed titlef madwar €170,000 kuljum – sempliċiment biex topera l-ajruplani.

Dan minkejja li l-eks Ministru Konrad Mizzi kien jiftaħar li l-Air Malta qed tagħmel profitti.

Sal-2012, taħt Gvern Nazzjonalista, l-linja nazzjonali tal-ajru kellha pjan ċar ta’ irkupru – maqbul mal-Kummissjoni Ewropea. Iżda issa ħdax-il sena wara, u wara 10 snin taħt amministrazzjoni Laburista ….l-Air Malta se jkollha tagħlaq. Bil-ħolma tal-eks Prim Ministru Dom Mintoff spiċċa qeridha l-partit tiegħu stess – ħamsin sena wara.