Rebħa komda ta’ 4-1 għal Aston Villa fuq West Ham United f’Villa Park fl-unika partita tal-Ħadd.
L-ex midfielder ta’ Manchester City Douglas Luiz fetaħ l-iskor eżatt wara nofsija logħob b’xutt minn barra l-kaxxa ‘l kbira indirizzat lejn ir-rokna t’isfel tax-xellug.
Douglas Luiz skorja t-tieni gowl personali tiegħu u rdoppja l-iskor għall-Villians b’xutt b’saħħtu mill-viċin jaħbat mal-minduda u jitħol ġewwa.
Fis-56 minuta West Ham skorjaw ġowl li wasal mill-attakkant internazzjonali Ingliż Jarrod Bowen li xeħet ġewwa minn naħa tax-xellug minn barra l-kaxxa mill-pass ta’ Alvarez.
Il-Villians komplew ikabbru d-distakk fl-74 minuta permezz ta’ konklużjoni kalma ta’ Ollie Watkins mis-suġġeriment perfett ta’ McGinn.
Aston Villa kkonfemaw ir-rebħa fid-89 minuta b’gowl ta’ Leon Bailey minn assist ta’ Tielemans.
//= $special ?>