Akkużi serji fil-konfront tal-Partit Laburista li qed jiġi akkużat li ffabrika ritratt biex suppost jattakka lill-President tal-Parlament Ewropew.
Fil-gazzetta Kullħadd, il-Partit Laburista, bi prominenza qal li l-President tal-Parlament Ewropew ħassret post fuq X (dak li qabel kien Twitter) biex, fi kliemhom ‘tipprova tilgħaqha’. Dan totalment mhux minnu għaliex minn sempliċiment ftit riċerka li għamel Net News fuq il-profil ta’ X tal-President tal-Parlament Ewropew, jirriżulta li dak li qed jallega l-Partit Laburista mhux minnu. U l-post għadha hemm sal-lum ‘il ġurnata.
Il-Partit Laburista mar oltre minnhekk, u ffabrika ritratt li jikkwota lil X (dak li qabel kien Twitter) li jgħid li dan il-post tneħħa. Ovvjament dan ir-ritratt hu ffabrikat peress li l-post qatt ma tneħħa.