Futbol Sport

Futbol Taljan: Rebħiet għal Napoli u Inter

(Ritratt: EPA)

Inter u Napoli rritornaw għar-rebħ ilbieraħ biex Inter qabżu temporanjament fl-ewwel post tal-klassifika.

Inter kisbu rebħa ta’ 3-0 barra minn darhom kontra Torino bil-goals kollha skorjati fit-tieni taqsima, filwaqt li Napoli wkoll rebħu 3-1 fil-Bentegodi ta’ Verona.

Riżultati

Verona v Napoli 1-3

Torino v Inter 0-3

Sassuolo v Lazio 0-2

Illum

12:30 Roma v Monza

15:00 Bologna v Frosinone

15:00 Salernitana v Cagliari

18:00 Atalanta v Genoa

20:45 Milan v Juventus