Fid-diskors tiegħu fir-Rabat Għawdex, Robert Abela semma diversi problemi li qed jaffaċċjaw il-Maltin u l-Għawdxin… problemi li skont hu bil-Budget li jressaq fl-aħħar ta’ Ottubru, se jiġu solvuti. Bl-istess Abela nesa jgħid għala dawn il-problemi ma solvihomx f’dawn l-għaxar snin li l-Partit Laburista ilu fil-Gvern.
Semma diversi drabi kif bħala Gvern Laburista huma żammew il-prezzijiet tal-enerġija baxxi u stabbli, filwaqt li nefaq ħafna flus biex wettaq dan. Dan filwaqt li nesa jsemmi li ħafna persuni qed isostnu li l-prezzijiet tal-enerġija qed jiżdied, waqt li pajjiżna affaċċja sajf bi problema tal-qtugħ tad-dawl fl-eqqel tas-sħana.
Hu semma wkoll kif il-Gvern Laburista irid jinvesti fl-infrastruttura ta’ Malta, xi ħaġa li suppost ilhom li għamluha, speċjalment mir-riżultati tal-istħarriġ tad-ditta EY li ser jiġi ppublikat nhar il-Erbgħa fejn jidher biċ-ċar li dan is-settur fih diversi nuqqasijiet kbar li qed jiġu nnutati kemm mill-Maltin kif ukoll mill-investituri barranin.
Issemma wkoll il-bżonn li f’pajjiżna jkun hemm sens ta’ dixxiplina finanzjarja speċjalment meta ninsabu affaċċjati maż-żieda tal-prezzijiet li l-Gvern Laburista ma ppreparax għalihom, u minflok berbaq il-flus fid-deal tal-isptarijiet tal-Vitals u Steward.
Matul id-diskors, sostna kemm il-darba l-prinċipju soċjalista fi ħdan il-Partit Laburista, u kemm jiltaqa’ ma’ nies differenti sabiex jisma l-problemi tagħhom, iżda nesa jfakkar il-fatt ta’ kemm il-poplu qed iħoss l-effetti tal-għoli tal-ħajja u kemm tbaxxiet il-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu.
//= $special ?>