Milan 0-1 Juventus
Juventus kisbu rebħa kruċjali kontra Milan bl-iskor minimu ta’ 1-0. Gowl tal-eks plejer ta’ Milan Locatelli fit-tieni taqsima ddetermina l-iskor.
L-ewwel taqsima xejn sabiħa għal Milan hekk kif wara 40 minuta logħob spiċċaw jilagħbu b’għaxra hekk kif tkeċċa d-difensur ċentrali Malek Thiaw wara li kkometta foul fuq Kean li kien qiegħed f’okkażjoni tajba biex jiftaħ l-iskor.
Juventus damu sat-63 minuta sabiex ħadu vantaġġ tal-karta ħamra li ngħatat fl-ewwel taqsima meta l-eks midfielder ta’ Milan Manuel Locatelli ttanta xortih minn barra l-kaxxa u ra l-ballun dieħel fix-xibka wara li ġie devjat minn Krunic.
Atalanta 2-0 Genoa
Atalanta għelbu lil Genoa fil-Gewiss Stadium b’żewġ gowls fit-tieni taqsima.
L-ewwel gowl wasal wara 68 minuta logħob meta Ademola Lookman sab ix-xibka minn pass twil ta’ Scamacca.
Il-gowl li kkonferma r-rebħa wasal fl-aħħar azzjoni tal-partita permezz ta’ Ederson.
Salernitana 2-2 Cagliari
Partita bejn żewġ timijiet fin-naħa t’isfel tal-klassifika li għadhom ma kisbux l-ewwel rebħa fil-kampjonat, Salernitana dawwru telfa fi draw kontra Cagliari fl-Arechi bl-iskor finali ta’ 2-2.
4 gowls fl-aħħar għaxar minuti ddeterminaw il-partita, b’ Zito Luvumbo jixħet ġewwa l-ewwl għal Cagliari fit-80 minuta.
Boulaye Dia kiseb id-draw għal Salernitana 6 minuti wara mis-suġġeriment ta’ Ikwuemesi.
Żewġ minuti wara Cagliari għal darb’oħra fil-vantaġġ b’din id-darba Nicolas Viola jsib ix-xibka mill-pass ta’ Shomurodov.
Tmiem drammatiku hekk kif Boulaye Dia skorja t-tieni gowl personali tiegħu fl-aħħar mumenti tal-partita biex għamel l-iskor indaqs għall-aħħar darba fil-partita.
Bologna 2-1 Frosinone
Bologna ħarġu rebbieħa fil-konfront missielet tagħhom kotra Frosinone bl-iskor ta’ 2-1.
Żewġ gowls fl-ewwel 25 minuta għal Bologna minn Lewis Fergusen u Lorenzo De Silvestri kienu t’importanza kbira fir-rebħa.
Matias Soule skorja penalty fit-63 minuta pero b’xortih ħażina dan il-gowl kien biss ta’ konsolazzjoni għat-tim tiegħu.
Roma 1-0 Monza
Tmiem drammatiku għall-aħħar hekk kif Roma kisbu rebħa minima kontra Monza b’ Stephen El Shaarawy jkun l-eroj tal-Giallorossi b’gowl fl-aħħar minuti tal-partita.
Reazzjoni tal-gowl skorjat minn El Shaarawy, il-kowċ ta’ Roma Jose Mourinho ntwera l-karta ħamra hekk kif kien jidher qed jagħmel ġesti mhux aċċettabbli lejn il-bankina tal-avversarji.
Is-Sibt
Hellas Verona v Napoli 1-3
Torino v Inter 0-3
Sassuolo v Lazio 0-2
Illum
Roma v Monza 1-0
Salernitana v Cagliari 2-2
Bologna v Frosinone 2-1
Atalanta v Genoa 2-0
Milan v Juventus 0-1
Għada
Udinese v Lecce 6:30pm
Fiorentina v Empoli 8:45pm