Futbol Sport

Gudja jiksbu punt b’għaxar plejers

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

SANTA LUCIA……….0

GUDJA UNITED…….0

Sta. Lucia: Celio, M. Ellul, S. Pisani, T. Nagamatsu (L. Sena 79′), D. Xuereb, J. Pisani, J. Tanti (Hulk 46′), G. Virano (A. Bradshaw 46′), A. Piazza, J. Valletta (Wagner 55′), S. Xerri.

Gudja U: Y. Sozer, Brenner, M. Angulo, M. Muchardi, J. Arthur, G. Mensah (R. Mandes 90′), C. Borg (S. Cipriott 82′), N. Tabone, K. Micallef, A. Toure, M. Esposito.

F’logħba minn naħa t’isfel tal-klassifika tal-klassifika Gudja United kisbu punt fi draw ta’ mingħajr gowls kontra Santa Lucia minkejja li lagħbu kważi l-logħba kollha bi plejer inqas.

Dan għaliex Gudja kellhom lil Angulo Perea mkeċċi wara biss 18-il minuta.

Ir-riżultat jista’ jitqies ta’ diżappunt għal Santa Lucia anki jekk dan kien l-ewwel punt miksub f’dan l-istaġun. Punt li xorta waħda jħallihom fl-aħħar post tal-klassifika bl-istess punti ta’ Sirens li lagħbu logħba inqas.