Rugby Sport

L-Afrika t’Isfel tikseb post fil-finali

(Ritratt: EPA)

L-Afrika t’Isfel wettqet rimonta biex għelbet lill-Ingilterra bl-iskor ta’ 16-15 fis-semi finali tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby. 

B’hekk l-Springbrooks  kisbu post fil-finali, fejn se jiltaqgħu kontra New Zealand, li bħall-istess Afrika ta’ Isfel, rebħu t-Tazza tad-Dinja tliet darbiet. 

L-Ingilterra kienu minn fuq sal-intervall 12-6 grazzi għal erba’ penalties li kienu kollha skurjati minn Owen Farrell. 

Fit-Tieni taqsima, l-Afrika t’Isfel wettqu r-rimonta fejn fl-aħħar nofs tat-tieni taqsima, għamlu try, conversion u penalty biex kisbu post fil-finali. 

Il-finali bejn in-New Zealand u l-Afrika t’Isfel tintlagħab nhar is-Sibt 28 ta’ Ottubru filwaqt li l-Ġimgħa 27 t’Ottubru tintlagħab il-Bronze Final bejn l-Arġentina u l-Ingilterra, it-telliefa tas-Semi Finali.