Lokali

L-infrastruttura mhix lesta għal żieda fil-popolazzjoni

Numru kbir ta’ kumpaniji barranin jinsabu imħassba għall-fatt li l-infrastruttura ta’ Malta mhix preparata għal żieda fil-poplazzjoni. Dan mistenni jkun rifless fl-istħarriġ tad-ditta EY li ser jiġi ppublikat nhar l-Erbgħa waqt il-konferenza ‘Future Realised’.

Skont it-Times of Malta, 90% ta’ dawn li wieħbu dan l-istħarriġ jaħsbu li Malta għandha diversi nuqqasijiet fis-settur tal-infrastrutura. U b’hekk mhix preparata għaż-żieda fil-popolazzjoni li qed ibassar il-Ministru tal-Finanzi.

Il-Ministru tal-Finanzi kien fil-fatt ammetta li bil-mudell ekonomiku preżenti… sas-sena 2040 il-poplazzjoni ta’ Malta ser tisplodi għal 800,000 persuna.

L-istħarriġ tad-ditta EY wera kif dan in-nuqqas fl-infrastruttura ta’ pajjiżna qed iżid it-tħassib fost l-investituri barranin li jkunu qed jaħsbu biex jinvestu f’Malta. Apparti minn hekk, dan il-fatt jibni fuq stħarriġ ieħor li diġa’ sar mill-EY, u li wera kif 93% taż-żgħażagħ jemmnu li l-istat tal-ambjent qed jiggrava maż-żmien, speċjalment bl-iżvilupp eċċessiv u t-traffiku.

Diversi surveys oħrajn li wettqu fl-aħħar xhur ukoll urew kif dawn l-istess problemi huma ta’ tħassib kbir għall-Maltin. Kien għalhekk li din il-ġimgħa… il-Partit Nazzjonalista preżenta viżjoni ta’ eċċellenza għall-pajjiżna, u mudell ekonomiku li permezz tiegħu igawdu tassew il-familji Maltin u Għawdxin.