Internazzjonali

L-Italja: Giorgia Meloni tagħlaq sena fil-Gvern — bir-riformi se jkomplu

Far-Right party Brothers of Italy's leader Giorgia Meloni speaks to the media at her party's electoral headquarters in Rome, early Monday, Sept. 26, 2022. Italians voted in a national election that might yield the nation's first government led by the far right since the end of World War II. (AP Photo/Gregorio Borgia)

Giorgia Meloni immarkat l-ewwel anniversarju bħala Prim Ministru tal-Italja b’diskors, f’Ruma, fejn insistiet li dejjem żammet mal-prinċipji tagħha u li ma għamlet qatt il-kompromessi li setgħu tellfu t-tragwardi ta’ pajjiżha.

U waqt rally tal-Partit Fratelli d’Italja (FdI) organizzat f’Ruma, Meloni – li kienet qed titkellem b’videolink — qalet  li l-Gvern tagħha rnexxielu jwettaq il-kisbiet ‘straordinarji’ mingħajr ma jdur mal-lewża biex jogħġob lil ċerti faxex esklussivi tal-poplu ‘li jaħsbu li għandhom aktar drittijiet minn ħaddieħor’.

Meloni – li jiem ilu konfermat li kienet isseparat minn ma’ seħibha, il-ġurnalista Andrea Giambruno – ilmentat talli l-Partit tagħha (Fratelli d’Italia) sofra minn allegata kampanja malinna mingħand il-media u politiċi ‘li qabżu kull limitu’ fil-kritika. Intant, hi wiegħdet li l-Gvern tagħha se jkompli bir-riformji għall-ġid tat-Taljani kollha  ‘mingħajr ma jiskuża ruħu jew  jiddistingwi bejn l-uċuh’.

Il-Prim Ministru tal-Italja, waqt intervista lil Il Giornale għall-anniversarju tal-ewwel sena tagħha fit-tmexxija, qalet li l-Italja reġgħet saret protagonista fil-qasam internazzjonali grazzi għall-Gvern tagħha. Hi sostniet li tħossha kburija bil-miżuri tal-Gvern biex jgħin lill-familji u n-negozji tul l-aħħar 12-il xahar.