L-atleti Maltin Luke Micallef u David Borg kellhom prestazzjoni mill-aqwa fin-Nofs Maratona ta’ Valencia biex b’hekk qed jiġu meqjusa bħala fost l-aqwa 30 atleta taħt it-23 sena fl-Ewropa għal din is-sena.
Micallef temm bl-aħjar ħin mill-atleti Maltin fit-tiġrija, b’ħin impressjonanti ta’ 1:06:21, filwaqt li Borg temm ftit mumenti warajh bil-ħin ta’ 1:08:59.
Dawn il-ħinijiet huma kkunsidirati bħala fost l-aqwa ħinijiet li qatt kisbu l-atleti Maltin f’tiġrijiet bħal dawn.
//= $special ?>