Andrè Muscat
GŻIRA UTD………….. 1
SIRENS………………….. 0
Gżira Utd : D. Zarkov, C. Conceicao, A. Borg (B. Borg 46’), T. Aldama, Z. Scerri, M. Dias, L. Ribeiro (A. Azizi 85’), A. Sane (J. Costa Silva 46’, W. Teixeira 90’), F. Romero Zuniga, T. Espindola, J. Mendoza
Sirens : A. Cassar, T. Almeida (F. Boateng 85’), P. Boakye, N. Pulis, C. Agyemang, M. Akadom Hafiz, A. Cini, S. Borg (J. Perea 73’), K. Donsu, D. Jackson (M. Moro 73’), G. Rocha Brizolara
Imwissija: M. Diaz 53’ (GU), T. Aldama 60’ (GU), G. Rocha Brizolara 67’ (S), T. Espindola 72’ (GU), C. Conceicao 79 (GU)
Tkeċċew: T. Espindola 84’ (GU)
Skorjaw: T. Espindola 49’ (GU)
Referee: Matthew De Gabriele
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Mark Ciantar
BOV Plejer tal-Logħba: D. Zarkov
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: T. Espindola
Fl-istadium ta’ Kordin, Gżira komplew fejn ħallew qabel il-waqfa għall-logħob internazzjonali bit-tieni rebħa fil-kampjonat, f’logħba nieqsa mill-ispettaklu.
Bl-ewwel azzjoni tal-partita tasal fid-9 minuta, meta Aldama minn freekick dirett jara l-ballun jistampa mal-minduda. Fit-43 minuta il-Maroons jersqu viċin li jiftħu l-iskor permezz ta’ Thiago Espindola, fejn ix-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa l-kbira jagħdi ftit barra. B’logħba mill-aktar monotona u b’ħafna ġiri fil-vojt iż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu bl-istess skor li bdew bih.
Gżira jiftħu tieni taqsima fuq l-offensiva, biex fid-49 minuta jmorru fil-vantaġġ mill-plejer bin-numru 93 Thiago Espindola. Sirens jersqu viċin id-drow b’xutt minn barra l-kaxxa fis-60 minuta ta’ Agyemang, b’Zarkov idawwar f’korner. Nicholas Pulis fis-70 minuta jipprova xortih b’xutt b’saħtu minn barra l-kaxxa l-kbira, bil-goalkeeper Gżirjan attent u jsalva b’diffikulta. Fit-78 minuta l-Maroons ingħataw penalty meta l-goalkeeper Cassar waqa’ lil Brooklyn Borg fil-kaxxa l-kbir, kien Rebeiro li mill-11-il metru jitfa’ għoli u tilef iċ-ċans biex Gżira jirduppjaw.
Wara bidu ħażin għal Gżira United fl-aħħar żewġ partiti irnexilhom jitilaw lejn nofs il-klassifika, filwaqt li Sirens baqaw ankrati mal-qiegħ tal-klassifika b’punt wieħed biss minn ħames partiti.
(Ritratt: Josef Fitzpatrick)
(Ritratt: Josef Fitzpatrick)
//= $special ?>