Illum fil-5.15 pm fuq Net Television jixxandar it-tieniprogramm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
It-tema ewlenija fil-programm se jkun il-weightlifting internazzjonali u wisq aktar nazzjonali.
Dan l-aħħar f’Malta sar il-Kungress tal-Mediterranean Weightlifting Confederation bejn kien hawn Malta bosta personalitajiet ta’ fama internazzjonali. Fl-ewwel parti tal-programm intervisti ma’ ANTONIO CONFLITTI , President tal-European Weightlifting Federation, MILAN MIHAJLOVIC – Segretarju Ġenerali EWF kif wkoll ANTONIO URSO, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-weightlifting.
Fit-tieni parti tal-programm enfażi dwar il-weightlifting lokali flimkien ma’ JESMOND CARUANA , President tal-Malta Weightlifting Association u l-weightlifters, KIM CAMILLERI LAGANA’ , TENISHIA THORNTON , AAILYAH GATT u RYLEE BORG flimkien ma filmati kemm waqt it-taħriġ u wisq aktar fl-aħħar kompetizzjonijiet.
Sport Extra għandu preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u cameraperson Liam Briffa.
//= $special ?>