Lokali

Bernard Grech jgħid li l-Qorti tat raġun lill-Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, permezz a’ post fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Facebook qal li illum mill-ġdid tat raġun lill-Partit Nazzjonalista, hekk kif kiku ma kienx il-Partit Nazzjonalista kiku il-poplu għadu qed jinsteraq.

Dan ħekk kif il-Qorti tal-Appell mill-ġdid ikkonfermat s-sentenza li t-tliet sptarijiet għandhom jgħaddu għand il-poplu: Konferma wkoll li d-deal kien wieħed frawdolenti

Bernard Grech irringrazzja lil Adrian Delia li meta kien Kap tal-Partit Nazzjonalista kien fetaħ din il-kawża mexxiha biex illum kellna verdet ieħor li ta ir-raġun lill-Partit Nazzjonalista.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żied jgħid li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jieħu flusu lura, waqt li kompla jgħid li Robert Abela mhux biss baqgħu jiddefendu lil min ta l-isptarijiet bi frodi talli baqa’ jiddefendi deal li sejħulu “the real deal”.

Robert Abela minflok iddefenda lill-poplu ddefenda lill-korotti u l-frodisti.