San Ġwann Tiki Taka rebħu l-kompetizzjoni reġjonali knock-out meta f’finali bbilanċjata huma għelbu lil Birkirkara Youngsters 11-8.
San Ġwann bdew bl-aħjar mod possibbli din il-finali meta fetħu vantaġġ komdu ta’ 4-0 għalkemm Birkirkara Youngsters dejjem wettqu reazzjoni tant li f’fażi tal-partita saħansitra marru biss 5-4 fi żvantaġġ.
Minkejja dan iżda, San Ġwann Tiki Taka baqgħu konċentrati u deciżi li jħallux l-inizjattiva f’idejn l-avversarji sabiex eventwalment spiċċaw rebħu l-finali tal-Kompetizzjoni Reġjonali Knock-out 11-8.
Fi tmiem il-partita, il-president tal-Malta Blackball Federation Philip Gatt ippreżenta t-trofew tal-kompetizzjoni lill-captain ta’ San Ġwann Tiki Taka Roberto Vella.
//= $special ?>