Fiorentina 0-2 Empoli
Empoli kisbu tlett punti kontra avversarju li fuq il-karta jidher ferm iktar b’saħħtu hekk kif għelbu lil Fiorentina fl-Artemi Franchi bl-iskor ta’ 0-2.
L-ewwel gowl għal Empoli wasal wara 21 minuta logħob permezz ta’ gowl mill-attakkant prolifiku Francesco Caputo li għeleb lil Terracciano b’konklużjoni kalma.
Empoli rduppjaw l-iskor permezz ta’ Emmanuel Gyasi li sab ix-xibka fil-81 minuta minn żball tad-difensur ċentrali Martinez Quarta.
Udinese 1-1 Lecce
Parità bejn Udinese u Lecce b’ Roberto Piccoli jsalva punt għal Lecce b’gowl fl-aħħar għaxar minuti u jagħmel l-iskor 1-1.
Florian Thauvin fetaħ l-iskor wara 49 minuta b’xutt angolat lejn ir-rokna ta’ fuq tax-xellug mil-lemin.
Fit-83 minuta Roberto Piccoli għamel l-iskor indaqs meta għeleb lil Silvestri mill-kross ta’ Sansone.
Riżultati:
Is-Sibt
Hellas Verona v Napoli 1-3
Torino v Inter 0-3
Sassuolo v Lazio 0-2
Il-Ħadd
Roma v Monza 1-0
Salernitana v Cagliari 2-2
Bologna v Frosinone 2-1
Atalanta v Genoa 2-0
Milan v Juventus 0-1
Ilbieraħ
Udinese v Lecce 1-1
Fiorentina v Empoli 0-2