Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: It-tielet ġurnata ta’ kompetizzjoni tal-44 Edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race

Filwaqt li l-parteċipanti bdew bir-rotta lura lejn Malta għal line honours fl-ewwel post wara jumejn, sagħtejn, 10 minuti u 42 sekonda daħal il-jott Franciż LIMOSA ta’ Alexia Barrier.

Limosa daħal fir-Royal Malta Yacht Club fis-1:10pm.

It-tieni suċċess għal Alexia Barrier wara li fl-2021 kienet daħlet għal line honours bil-jott Mana’.

Isegwi fuq l-istess rotta LEOPARD 3 li kien ukoll fuq quddiem għal Monohull Honours u t-tieni fl-IRC 1 għadda lejn Malta fuq BULLITT tal-Italja bi skipper Andrea Recordati fejn kien ukoll fl-ewwel post fil-klassi IRC 1 u fit-tieni post għal line honours.

Warajhom PYE WACHET tal-Istati Uniti mmexxi minn Roy Disney u AMBER SAIL 2 tal-Litwanja ta’ Raimondas Slugzdinis li f’mumenti kien fir-raba’ post għal0line honours.

Ir-rekord jibqa’dak miksub fl-2022 minn Argo bi 33 siegħa, 29 minuta u 28 sekonda.