Lokali Milied 2023

Il-11-il edizzjoni taċ-Childrens Dreams

Ġiet mnedija il-11-il edizzjoni taċ-Childrens Dreams; inizzjativa illi hija intiża sabiex il-ħolm tal-Milied tat-tfal li ġejjin minn familji li għandhom problemi finanzjarji jew soċjali jsiru verament realtà.

Din il-kampanja nobbli li tmiss il-qlub tgħin ukoll bosta tfal li jgħixu f’numru ta’ djar residenzjali differenti.

F’konferenza tal-aħbarijiet Remenda Grech, id-Direttur tal-FSWS, appellat sabiex kemm jista’ jkun in-nies jagħżlu li jgħinu lil dawn it-tfal sabiex b’hekk ikollhom tbissima fuq wiċċhom matul dan il-Millied.

Remenda Grech appellat sabiex dawk kollha li jintrabtu li se joffru rigal, iżommu mal-wegħda tagħhom.

Dawn it-tfal għandhom ħolm varju li bosta tfal ikollhom – inkluż affarijiet bażiċi li kull ġunvin jew tfajla tkun trid; bħal make-up, aċċessorji, ħwejjeġ, ikla f’restorant u ġugarelli. Għalkemm imbgħad hemm tfal li jixtiequ affarijiet partikolari bħal għodda tas-sajd, xi sessjoni ta’ horse riding jew inkella – aktar semplici minn hekk – jum tal-Milied li wieħed jibqa’ jiftakar għal dejjem.