Lokali

IL-FRODI TAL-ISPTARIJIET: “Kien hemm kollużjoni bejn il-Gvern u Vitals”

F’kummenti li ta l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, ftit minuti wara li l-Qoti tal-Appell tat raġun lill-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qal li l-Gvern ta’ Robert Abela ilu żmien jipprova jfarfar ir-responsabbiltà pero il-Qorti qalet ċar u tond li kien hemm kollużjoni bejn il-Gvern u Vitals, għalhekk l-Gvern jeħtieġ li jerfa’ responsabbiltà.

Ritratt: Martin Agius

Bernard Grech fakkar ukoll li kieku ma kienx għal din il-kawża l-poplu għadu bla sptarijiet u għadu jinsteraq il-miljuni.

Ritratt: Martin Agius

Minn naħa tiegħu Adrian Delia qal skond il-Qorti tal-Appell, ir-responsabbiltà għandha tintrefa wkoll mill-Gvern u mhux minn Vitals.

Ritratt: Martin Agius

Adrian Delia żied jgħid ukoll li l-Gvern għandu obligu li jġib dawn il-flus lura, għax dawn huma flus il-poplu Malti u Għawdxi.

Ritratt: Martin Agius