Illum il-Gvern irrifjuta t-talba li l-programm NETLIVE jixxandar mill-Isptar San Luqa.
Għalkemm it-talba ta’ Net Television ma ntlaqgħetx, il-programm se jsir xorta waħda bħal ma jsir ta’ kuljum. NETLIVE jibda fis-6pm, u llejla se jkun qed jieħu r-reazzjonijiet ta’ diversi personalitajiet li tul is-snin tkellmu b’saħħa kontra dan id-deal skandaluż.
Fil-programm ser jixxandru filmati li ġbidna fl-aħħar sigħat minn ġewwa l-isptar; binja li tħalliet kompletament abbandunata u li fiha fl-aħħar 10 snin ma sar ebda investiment.
F’dan il-programm ser jiġu diskussi l-aħħar revelazzjonijiet abbinati mal-każ tat-tliet sptarijiet – hekk kif dalgħodu il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza tal-ewwel Qorti mogħtija fi Frar li għadda – fejn kienet ikkundanat il-kuntratt bejn l-Gvern Laburista u l-kumpanija Vitals bħala frawdolenti … u saħansittra żvelat li l-Gvern kien għaddej f’konfoffa ma’ Vitals.
//= $special ?>