Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li wara dibattitu propost mill-Partit Nazzjonalista, il-Gvern m’aċċettax li jittieħed vot b’rabta ma’ mozzjoni ppreżentata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u mid-Deputat Adrian Delia f’isem l-Oppożizzjoni biex il-Gvern iġib l-€400 miljun lura li seraq minn ħalq il-poplu Malti u Għawdxi.
Fil-Parlament, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-€400 miljun li nsterqu mill-poplu Malti u Għawdxi għandhom jiġu lura għand il-poplu minnufih u hu biss Robert Abela li għandu l-awtorità jiftaħ il-kawża biex il-flus jinġiebu lura, bil-Partit Nazzjonalista diġà kien ċar li lest jappoġġja dik il-kawża.
Għal Robert Abela imma, dawn il-miljuni li nsterqu m’huma xejn. Kuntent li ta €400 miljun għall-bejgħ tat-tliet sptarijiet, fil-kompliċità, is-serq u l-qerq ta’ deal frawdolenti. Bit-tbatijiet tal-poplu jibqgħu jissoktaw, bi Gvern li tilef ir-ruħ soċjali.
//= $special ?>