Ironika u surreali.
Hekk ġiet deskritta l-ewwel reazzjoni tal-Gvern ta’ Robert Abela meta t-Tnejn filgħodu l-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza tal-Imħallef Francesco Depasquale, ċioè li ftehimiet tatt-tliet sptarijiet li l-Gvern kien ta’ lill-Vitals Global Healthcare u sussegwentament lil Steward Healthcare kienu frawdolenti.
Fi stqarrija l-Gvern qal li ma qagħadx jistenna din is-sentenza sabiex jieħu lura l-kontroll u l-operat tal-isptarijiet….madanakollu huwa fatt ċar kristall u magħruf, li qagħad jistenna lill-Partit Nazzjonalista sabiex inizjalment jiftaħ il-kawża, mhux talli hekk…talli sakemm rebaħ il-kawża il-poplu Malti u Għawdxi…huwa kien fuq in-naħa ta’ Vitals u Steward.
Fis-sentenza mgħotija mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti, intqal li l-Gvern kien f’kollużjoni mal-privat – tant hu hekk li l-Gvern ta’ Abela saħansitra se jkollu jħallas parti mill-ispejjeż tal-kawża.
Madanakollu dan id-dettall importanti jidher li ma kien importanti xejn għall-Gvern Laburista.
Ironikament il-Gvern ta’ Abela issa qed jgħid li nnota li s-sentenza tat-Tnejn filgħodu ngħatat biss ftit xhur wara li huwa ressaq rikors quddiem il-Qorti biex l-appell jinstema’ b’urġenza fl-interess pubbliku u fl-interess nazzjonali.
L-istess Gvern li nstab għal darbtejn ħati mill-Qorti li daħal fi ftehim frawdolenti ma’ żewġ kumpaniji privati….u minkejja l-evidenza kollha baqa’ jagħti l-miljuni ta’ ewro lil dawn il-kumpaniji…mingħajr ma jieħu lura dak miftiehem…għad-dannu tal-poplu Malti u Għawdxi.
Il-poplu qed jistenna li jingħata lura l-€400,000,000.
//= $special ?>