Lokali

Illejla fis-6pm: NETLIVE minn quddiem il-Parlament

Illum NETLIVE se jkun qed iwassal xandira speċjali, fejn issir analiżi tal-appell li inqata’ dalgħodu fil-Qorti b’rabta mal-iskandlu tal-isptarijiet.

NETLIVE se jkun qed jixxandar minn quddiem il-Parlament minħabba li l-Gvern irrifjuta li jagħti permezz għal xandira u diskussjoni mill-Isptar San Luqa. Iżda issa, id-diskussjoni se tkun xorta qed issir minn barra l-bini tal-Parlament.

Intant, nhar il-Ħadd li ġej se ssir protesta nazzjonali quddiem Kastilja fil-Belt Valletta fl-4pm. Dan b’rabta mad-deċizjoni ta’ dalgħodu mogħtija mill-Qorti tal-appell, hekk kif ikkonfermat is-sentenza tal-Imħallef Francesco Depasquale, fejn fl-24 ta’ Frar li għadda kien kkundanna l-kuntratt li sar bejn il-Gvern Laburista u il-kumpanija Vitals u ddikjarah bħala frawdolenti.