Sport Sport Ieħor

Imħabbra l-plejers ta’ Team Malta u l-poloz għall-Kampjonati tat-Timijiet tal-Badminton tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa

Team Malta, li se jkun iffurmat minn seba’ plejers taħt il-gwida tal-kowċ matthew Haynes, jinsab preparat biex jikkompeti fil-Kampjonati tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa li se jkunu qed isiru bejn it-3 u l-5 ta’ Novembru f’pajjiżna stess.

Wara xhur ta’ xogħol iebes, it-tħejjijiet għall-avveniment inawgurali fl-aħħar qed jieħdu l-forma.

Dawn il-kampjonati, mhux biss se jimmarkaw il-bidu tal-ewwel edizzjoni hawn Malta, iżda se jdaħħal ukoll era ġdida ta’ opportunitajiet għall-pajjiżi parteċipanti kollha.

Team Malta se jibda l-kompetizzjoni billi jilgħab kontra Ġibiltà, fl-10:30am, fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Id-dħul għall-logħbiet kollha huwa mingħajr ħlas.