“Hija tebgħa għall-istorja tal-Partit Laburista li fl-25 ta’ Frar 2016 kienu eleġġew lil kretin Konrad Mizzi bħala Deputat Mexxej. U għajb għall-Kummissarju Anġlu Gafa li l-akbar frodist fl-istorja politika ta’ pajjiżna għadu jiġri barra mingħajr ma ta rendikont ta’ għemilu.”
Hekk stqarr il-Lettur fl-Università ta’ Malta George Vital Zammit wara d-deċiżjoni ċara li ingħatat illum mill-Qorti, u li kienet kundanna oħra għall-Partit Laburista u l-Gvern immexxi minn Robert Abela.
Id-deċiżjoni tal-Prim Imħallef tindika b’mod ċar li s-serqa tal-Vitals saret mill-ogħla esponenti tal-Gvern, li kienu “verġni, dilettanti jew kretini” – sentenza li tirredikola l-azzjonijiet frawdolenti ta’ dawn l-istess esponenti, illi ingannaw lill-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>