Futbol Sport

Kampjonat tal-Veterani: Gżira United Veterans jibqgħu jirbħu

Gżira United Veterans kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva fil-Veterans Malta Football Association Cisk Premier League wara li għelbu liċ-champions preżenti Malta Football Players Association bl-iskor ta’ 8-5.

Rabat issorprendew lil Luxol meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4 sabiex kisbu l-ewwel rebħa ta’ dan l-istaġun.

Birkirkara St Helen’s irritornaw għar-rebħ meta bl-iskor ta’ 6-3 għelbu lil Hibernians Veterans.

Żejtun Red Stars ukoll kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil Żurrieq Wolves 6-4.

B’hekk fil-klassifika tal-Veterans Malta Football Association Cisk Premier League;

Gżira United 9 punti, Luxol u Birkirkara St Helen’s 6 punti, Malta Football Players Association u Rabat 4 punti, Hibernians u Żejtun Red Stars 3 punti u Żurrieq Wolves – ebda punt.